Saturday, July 26, 2025

Tnejn arrestati b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

Aqra wkoll

Żewġt irġiel qegħdin jinżammu arrestati wara li matul il-lejl li għadda nqabdu fil-pussess ta’ tipi differenti ta’ droga, allegatament sabiex tinbiegħ.

Waqt r-rondi f’Paceville, il-pulizija nnutaw raġel jaġixxi b’mod suspettuż. Malli waqfuh u kienet se ssir tfittxija fil-baskett li kellu, ipprova jaħrab, iżda ġie arrestat mill-ewwel. Waqt l-arrest kien aggressiv fil-konfront tal-pulizija, bil-konsegwenza li żewġ pulizija sofrew ġrieħi ħfief.

L-arrestat ġie identifikat bħala raġel ta’ 32 sena mill-Ġamajka u fi tfittxija li saret fuqu nstabu 8 qratas ta’ sustanza allegatament droga kokaina u 20 qartas b’sustanza suspettatat kannabis.

Waqt aktar rondi f’Paceville, il-pulizija nnutaw persuna oħra ukoll taġixxi b’mod suspettuz u malli avviċinawh, saret tfittxija u nstab fil-pussess ta’ 6 qratas, allegatament kannabis u ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti. Ir-raġel, li huwa mill-Eritreja u għandu 50 sena, ġie arrestat minnufih.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport