Monday, February 2, 2026

Tnejn arrestati b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn vetturi 

Aqra wkoll

Intervent f’waqtu mill-Pulizija wassal għall-arrest ta’ żewġ persuni, ftit mumenti biss wara li allegatament serqu minn vettura f’Tal-Pietà.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li dawn l-istess żewġ persuni kienu involuti mill-inqas f’ħames serqiet oħra, li seħħew kollha fl-aħħar jiem.

Ilbieraħ filgħodu, il-Pulizija ġew infurmati li żewġt irġiel qegħdin jiżgassaw xi karozzi fi Triq San Luqa, il-Pietà. Minnufih marru fuq il-post u wara ronda fl-akwati, f’Telgħet Gwardamangia, il-Pulizija nnutaw żewġ persuni li qablu mad-deskrizzjoni li ngħataw.

Huma twaqqfu immedjatament, ġew arrestati u kienu identifikati bħala raġel ta’ 40 sena residenti Ħaż-Żabbar u l-ieħor ta’ 49 sena resident Tal-Pietà. Fil-viċnanzi tagħhom, mal-art, instabu lieva u tnalja, li ġew elevati.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li s-suspettati, fil-jiem li għaddew, allegatament wettqu serqiet minn vetturi f’Tal-Pieta, il-Marsa u f’Santa Venera.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu il-Qorti llum għall-ħabta tas-2.15pm quddiem il-Maġistrat Dr Nadia-Helena Vella LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport