Investigazzjonijiet u sorveljanza fuq ħanut fi Triq l-Alka, San Pawl il-Baħar b’rabta ma’ suspett ta’ traffikar ta’ droga wasslu biex aktar kmieni llum kienu arrestati żewġt irġiel, wieħed ta’ 47 sena mill-Kosta tal-Avorju u raġel mill-Mali ta’ 34 sena.
Dan wara li minn tfittxijiet li saru fuq iż-żewġt irġiel, kif ukoll fil-ħanut, il-Pulizija elevat madwar 50 pakkett ta’ droga suspettata kannabis, f’ċirkostanzi li kienu lesti biex jiġu ttraffikati, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
L-irġiel qed jinżammu taħt arrest filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.