Tuesday, February 18, 2025

Tnejn arrestati f’Tal-Pietà b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

Aqra wkoll

Il-ħidma kontinwa tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga wasslet biex kmieni dalgħodu jiġu arrestati żewġt irġiel wara li allegatament kienu qegħdin jittraffikaw id-droga.

Wara ġranet ta’ sorveljanza fuq stabbilmenti fi Triq Qrajten, Tal-Pietà, dalgħodu, għall-ħabta tas-6:00 a.m., Pulizija avvicinaw stabbiliment fejn innutaw liż-żewġt irġiel fuq barr tiegħu jgħaddu xi affarijiet lil xulxin.

Tfittxija li saret fuq ir-raġel li għandu 43 sena u jgħix il-Mosta, instabu qratas ta’ sustanza suspettata droga eroina, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati. Raġel ta’ 51 sena u li joqghod il-Gżira qed jinżamm ukoll arrestat.

L-irġiel qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport