Raġel ta’ 25 sena residenti Santa Venera u mara ta’ 24 sena residenti Bormla, ġew arrestati waqt spezzjonijiet tat-traffiku fi Triq is-Salib tal-Marsa.
Ilbieraħ waranofsinhar, waqt li kienu qed jitwettqu kontrolli ta’ rutina, il-pulizija waqqfet vettura tal-għamla Kia Picanto, fejn waqt li kien qed jiġi mitkellem ix-xufier dan qajjem suspett u għaldaqstant intalab joħroġ mill-vettura.
Minn tfittxija li saret fuq il-persuna tiegħu nstab ammont ta’ flus kontanti, filwaqt li minn tfittxija fil-vettura u fil-baskett tal-passiġġiera nstabu diversi qratas b’sustanza suspettata kannabis, kif ukoll qartas b’sustanza suspettata kokaina.
Id-droga nstabet f’ċirkustanzi li jindikaw li ma kinux għall-użu personali.
ll-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali.