Sunday, November 24, 2024

Tnejn imutu wara “emerġenza” fuq il-pont tal-Krimea

Aqra wkoll

Uffiċjali Russi qalu li żewġ persuni mietu f’dik li sejħulha “emerġenza” fuq il-pont li jgħaqqad il-peniżola okkupata tal-Krimea mar-Russja. 

L-inċident mhux qiegħed jissejjaħ bħala attakk, iżda rapporti li s’issa għadhom mhux konfermati qalu li nstemgħu xi splużjonijiet kmieni t-Tnejn filgħodu. 

Il-pont ta’ Kerch infetaħ fl-2018 u jippermetti l-ivvjaġġar bejn ir-Russja u l-Krimea – territorju Ukren li ilu okkupat mill-forzi ta’ Moska sa mill-2014.

F’Ottubru tas-sena li għaddiet, dan il-pont ingħalaq parzjalent wara splużjoni kbira. Il-pont – li huwa rotta ta’ provvista importanti – reġa’ fetaħ għalkollox fi Frar li għadda.

Sergey Aksyonov, il-kap tal-amministrazzjoni Russa fil-Krimea qal: “it-traffiku twaqqaf fuq il-pont tal-Krimea. Qed jittieħdu miżuri sabiex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Nitolbu lir-residenti u lit-turisti tal-peniżola sabiex joqogħdu lura milli jivvjaġġaw mill-pont tal-Krimea u għal raġunijiet ta’ sigurtà, jużaw rotot alternattivi.” 

Sport