Sunday, December 22, 2024

Tnejn iweġġgħu f’inċident bejn żewġ vetturi fil-Mosta

Aqra wkoll

Żewġ nisa ndarbu, waħda minnhom b’mod gravi u l-oħra ħafif, wara ħabta bejn żewġ vetturi fil-Mosta.

Kien ilbieraħ, għall-ħabta tal-4.00 p.m., meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ħtajriet.

Il-Puizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti San Ġwann u Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 73 sena residenti Raħal Ġdid.
Fil-Kia kien hemm ukoll mara ta’ 63 sena residenti Wied il-Għajn u mara ta’ 74 sena residenti Raħal Ġdid.

Il-persuni involuti ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-passiġġieri li kienu fil-KIA ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura. Aktar tard, il-mara ta’ 74 sena ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi filwaqt li l-mara l-oħra ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport