Wednesday, July 24, 2024

Tnejn iweġġgħu gravi wara li nqalbu minn fuq high up fil-Miżieb

Aqra wkoll

Żewġ persuni weġġgħu gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:15 a.m kienu involuti f’inċident li seħħ fil-Miżieb, limiti tal-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żewġt irġiel Ingliżi ta’ 58 u 45 sena, weġġgħu wara li l-high-up li kienu fuqu nqaleb.

Fil-post issejħu minnufih uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex jiġu rkuprati ż-żewġ persuni. Issejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport