Sunday, December 22, 2024

Tnejn iweġġgħu gravi wara splużjoni fuq dgħajsa huma u jsajru

Aqra wkoll

Erbat irġiel kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-2:45 p.m., kienu involuti f’inċident li seħħ fuq dgħajsa privata fl-inħawi ta’ Paradise Bay.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-erbat irġiel – tlieta ta’ 26 sena mill-Mosta, Ħaż-Żebbuġ u l-Iklin rispettivament, kif ukoll wieħed ta’ 29 sena mis-Siġġiewi, sofrew xi ħruq ikkawżati minn splużjoni ta’ gass waqt li kienu qed isajru. Fuq id-dgħajsa kien hemm ukoll raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi u raġel ta’ 34 sena min- Naxxar li ma’ weġġgħux.

Huma ngħataw l-ewwel għajnuna minn sidien ta’ dgħajjes oħra li kienu fl-inħawi tagħhom. Minnufih fuq il-post marru wkoll il-membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar li taw l-ewwel għajnuna.

Jistennihom fuq l-art kien hemm tim mediku u ambulanzi li ħaduhom l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, ir-raġel ta’ 29 sena u r-raġel li jgħix Ħaż-Żebbuġ ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi, filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport