Sunday, November 10, 2024

Tnejn iweġġgħu wara li ntlaqtu minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 25 sena u mara ta’ 27 sena mir-Repubblika Ċeka, it-tnejn residenti l-Imsida weġġgħu gravi wara li ntlaqtu minn vettura f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7.00 p.m. fi Triq Għajn Tuffieħa. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żewġ persuni ntlaqtu minn karozza tal-għamla Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Ħ’Attard.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel u l-mara l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Sport