Kien għall-ħabta tal-9.40am meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Blat il-Qamar fis-Siġġiewi. L-istess sejħa saret għall-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li żewġt irġiel kienu qegħdin f’għalqa fejn għandhom is-serer u kellhom bżonn jaqtgħu zokk li kien se jagħmel ħsara lil istess serer.
Jirriżulta li raġel minnhom tela’ fuq sellum biex jaqta’ z-zokk filwaqt li l-ieħor żammlu l-istess sellum. Għal xi raġuni s-sellum mexa bil-konsegwenza li wieħed minnhom ipprova jżomm is-sellum biex ma jimxix, iżda kull sforz kien għal xejn hekk kif spiċċaw waqgħu t-tnejn li huma.
L-irġiel huma raġel ta’ 56 sena mis-Siġġiewi, filwaqt li l-ieħor għandu 40 sena residenti ż-Żurrieq.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lill-vittmi mill-għalqa minħabba li mhux daqshekk aċċessibbli u filwaqt li wieħed ittieħed l-Isptar għal aktar kura, ir-raġel l-ieħor kien qiegħed jingħata l-kura fuq il-post.
S’issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħqufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.