Saturday, December 21, 2024

Tnejn jiddaħlu l-Isptar wara inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-10.00am ta’ dalgħodu meta l-Pulizija fl-Għassa tar-Rabat ġew informati li fi Triq Santa Dominka fir-Rabat kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li anzjan ta’ 90 sena residenti x-Xewkija kien qiegħed f’karozza Chevrolet Aveo li kienet ipparkjata.

Hekk kif l-anzjan fetaħ il-bieba tal-karozza laqat mutur li fuqu kien hemm mara u raġel ta’ 71 sena residenti l-Fontana Għawdex.

Il-mara u r-raġel spiċċaw mal-art bil-konsegwenza li kellu jisejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li wara li tawhom l-ewwel għajnuna fuq il-post ittieħdu għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport