Saturday, November 16, 2024

Tnejn jindarbu wara inċident bi quadbike

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel u mara kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali minħabba li sofrew ġrieħi f’inċident tat- traffiku f’Għawdex.

Il-każ seħħ lbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m fi Triq ix-Xwejni, Żebbuġ limiti ta’ Marsalforn.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel ta’ 28 sena li joqgħod Ħal Qormi, kien qed isuq quadbike Kymco u tilef il-kontroll. Passiġiera mas-sewwieq kien hemm mara Ingliża ta’ 18-il sena li toqgħod is-Swieqi.

Fil-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lill-persuni midrubin. Huma ttieħdu l-isptar u aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport