Tuesday, December 24, 2024

Tnejn l-Isptar u ieħor miżmum wara argument f’San Pawl il-Baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tas-1:30 p.m kienu involuti f’argument li seħħ fi Triq il-Parroċċa, San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-argument żvolġa bejn Libjan ta’ 40 sena, raġel ta’ 54 sena u tfajla ta’ 25 sena, kollha residenti San Pawl il-Baħar.

Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post fejn ħadet lir-raġel ta’ 54 sena u lit-tfajla l-Isptar Mater Dei filwaqt li l-Libjan qed jinżamm mill-pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport