Monday, May 13, 2024

Tnejn l-Isptar wara ħabta bejn mutur u vann fil-limiti tar-Rabat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġt irġiel iddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-5:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina fil-limiti tar-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Vann Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti Tal-Pietà u mutur Daelim misjuq minn raġel ta’ 70 sena residenti Marsaxlokk.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ persuni l-Isptar għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport