Żewġ anzjani kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8.00 kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Marsalforn f’Għawdex.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel ta’ 82 sena residenti Ħaż-Żabbar tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Toyota Corolla u baqa’ dieħel f’ħajt.
Miegħu kien hemm mara ta’ 81 sena residenti Santa Venera.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadet liż-żewġ anzjani l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
Il-Pulizija mid-distrett ta’ Għawdex qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.