Uffiċjali tal-Pulizija u membri mill-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu wara li seħħet ħabta kerha bejn żewġ vetturi fi Triq Qormi, il-Ħamrun. L-inċidet seħħ għall-ħabta tas-6.30 p.m.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi karozza tat-tip Mazda misjuqa minn raġel ta’ 29 sena minn Ħal Qormi, u vettura tat-tip Citroen misjuqa minn raġel mis-Somalja ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar. Passiġġiera fil-karozza Citroen kien hemm mara mis-Somalja wkoll ta’ 24 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadet lis-sewwieq u l-passiġġiera li kienu fil-vettura Citroen l-Isptar Mater Dei għall-kura.