Tuesday, December 24, 2024

Tnejn l-Isptar wara ħabta f’San Ġwann

Aqra wkoll

Żewp persuni sofrew ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta 11:30 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, BMW 320D misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti San Ġwann u Audi A3 misjuqa minn mara ta’ 59 sena residenti l-Mosta.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet iż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, is-sewwieq tal-BMW ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport