Kien għall-ħabta tat-8.30am meta l-Pulizija kienu nformati li fi Triq Hompesch fil-Fgura kien seħħ inċident bejn karozza u mutur.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li sewwieq ta’ mutur Honda, raġel ta’ 43 sena residenti Wied il-Għajn kellu mpatt ma’ Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Hekk kif il-Pulizija kienu għadhom fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident, seħħ inċident ieħor fl-istess triq iżda l-parti li tagħmel ma’ Haż-Żabbar.
F’dan it-tieni inċident sewwieq ta’ mutur ta’ 70 sena residenti Wied il-Għajn kellu jiddaħal l-Isptar Mater Dei wara li kellu mpatt ma’ vann li kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti Wied il-Għajn ukoll.
Il-kundizzjoni taż-żewġ sewwieqa li ddaħlu l-Isptar s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dawn l-inċidenti.

