Żewġ persuni ta’ madwar 30 sena, b’ċittadianza Kanadiża kellhom jittieħed l-isptar wara li għall-ħabta tal-4.00pm kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi triq li min-Nadur twasslek ir-Ramla l-Ħamra.
Jirriżulta li s-sewwieq tilef il-kontoll tal-quad bike bil-konsegwenza li nqaleb. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lill-vittmi, ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Fuq il-post hemm uffiċjali tal-Pulizija li qegħdin jinvestigaw dan il-każ.
Il-kundizzjoni tal-persuni li ttieħdu l-isptar s’issa għadha mhix magħrufa.