Saturday, December 14, 2024

Tnejn l-isptar wara li sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat f’bieb ta’ garaxx f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena residenti Birkirkara tilef il-kontroll ta’ Toyota Platz li kien qed isuq u ħabat f’bieb ta’ garaxx. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00am

Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 35 sena residenti l-Belt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport