Sunday, September 14, 2025

Tnejn midruba gravi f’żewġ inċidenti separati … Anzjan f’San Pawl il-Baħar u żagħżugħ fl-Imsida…

Aqra wkoll

Persuni weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku Żewġt irġiel indarbu b’mod gravi f’inċidenti separati tat-traffiku li seħħew matul il-lejl li għadda. L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax tas-Sibt filgħaxija (2300hrs), f’Dawret San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar u t-tieni inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-bieraħ għodu (0130hrs), fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 69 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq Mercedes B180, meta ħabat mal-bankina bil-konsegwenza li l-karozza spiċċat maqluba fuq is-saqaf f’għalqa fil-ġenb tat-triq. 

It-tieni inċident irriżulta wara li seħħet ħabta bejn mutur Honda CB650 misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ta’ Xbiex u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Birgu. Tim mediku assista fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport