Monday, November 24, 2025

Tnejn mixlija li biegħu ħwejjeġ misruqa

Aqra wkoll

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti mixlija li biegħu ħwejjeġ misruqa u li kienu riċedivi. Fil-Qorti nstema’ kif fil-jiem li għaddew, il-Pulizija kienet irċeviet rapport li kienu qed jiġu reklamati ħwejjeġ misruqa fuq Facebook.

Ingħad li l-Pulizija tkellmu ma’ persuna, li din qaltilhom mingħand min xtrathom. Meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu li d-dar kienet fi stat abbandunata, tant li ma kienx hemm la dawl u lanqas ilma. L-Ispetturi Jeffrey Rizzo u Joseph Mercieca spjegaw li fid-dar sabu liż-żewġ imputati u ġew arrestati.

L-Avukat tal-Għajnuna Legali Martina Herrera għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest għal imputat minnhom, minħabba li dan kellu indirizz alternattiv ma’ ħutu, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni minħabba li l-imputati għandhom il-vizzju tad-droga u minħabba li kien għad fadal xi xhieda x’jixhdu. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża, il-Maġistrat Tania Sammut ordnat sabiex iż-żewġ imputati ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat Sammut wissiethom ukoll biex qabel jaslu sal-għatba tal-Qorti, iqisu l-interessi ta’ wliedhom. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport