Sunday, December 22, 2024

Tobba fit-Turkija jgħidu li qegħdin jagħmlu ġranet joħorġu ċ-ċertifikati tal-imwiet

Aqra wkoll

“Fl-aħħar jiem rajna minn kollox minn ksur serju f’diversi partijiet tal-ġisem sa katavri”. Iddikjaraw dan Mehmet u Selda – tobba li tkellmu ma’ ġurnalista tal-BBC f’reazzjoni dwar dak li għaddew minnu wara t-terremoti li laqtu lit-Turkija u lis-Sirja.

Selda kompliet biex tgħid li filwaqt li kellha tidħol għax-xogħol normali, mit-terremoti ’l hawn spiċċat ġranet sħaħ timla ċertifikati tal-imwiet.

Min-naħa tiegħu Mehmet tkellem dwar influss qawwi ta’ pazjenti li spiċċaw mgħaffġin u midrubin qalb it-tifrik kkawżat mit-terremoti.

“Rajna ħafna pazjenti b’għadam miksur, nies b’għonqhom miksur, nies bi ġrieħi f’rashom u ħafna katavri”, kompla biex jgħid it-tabib.

Tenna jgħid li kien ħaseb li l-Covid kien xi ħaġa gravissima, iżda li wara dak li seħħ fl-aħħar jiem huwa kkonferma li qatt ma kien ra xi ħaġa simili.

Ekonomija

Sport