Friday, November 22, 2024

Tobba jgħidu li l-Covid-19 qed iwassal għal attakki ta’ puplessija fost persuni taħt il-50 sena

Aqra wkoll

Skont it-tobba jidher li l-Covid-19 qed jikkawża adulti ta’ bejn it-30 u l-50 sena li ma għandhomx mard serju biex jesperjenzaw attakk ta’ puplessija. Il-professjonisti mediċi qed jgħidu li xi pazjenti qed jonqsu milli jċemplu għall-għajnuna għax qed jisimgħu li l-isptarijiet huma ffullati bil-każijiet ta’ dan il-virus.

Spjegaw li hemm evidenza li qed tiżvolġi u li turi li dan il-virus jista’ jikkawża blood clot b’modi differenti u dan jista’ jikkawża l-puplessija. It-tabib Thomas Oxley minn Mount Sinai Health System fi New York u l-kollegi tiegħu taw dettalji ta’ pazjenti infettati li kellhom jikkuraw b’attakki simili. Komplew jispjegaw li minkejja li kollha kienu taħt il-50 sena, kollha kellhom sintomi ħfif tal-virus jew saħansitra każijiet fejn ma kien hemm l-ebda sintomu tal-Covid-19.

Oxley żied jgħid li l-każijiet ta’ puplessija fost persuni taħt il-50 sena żdiedu f’dawn l-aħħar ħmistax u li l-maġġoranza ta’ dawn il-pazjenti ma’ kellhom l-ebda kumplikazzjonijiet fil-passat.

Intqal ukoll li mhux komuni li persuni ta’ dawn l-etajiet ibatu minn attakki simili b’mod speċjali dawk li jinkludu vini kbar fil-moħħ.

Sport