Iċ-chairman ta’ Chelsea Todd Boehly qal li hu kommess li jara li l-objettivi li poġġa hu meta laħaq f’din il-kariga jiġu attwati. Hu kien qed jitkellem ma’ stazzjon tat-televiżjoni Ingliż fejn ġie mistoqsi dwar l-istaġun li għaddej bħalissa u li fisser biss falliment ta’ riżultati għall-Blues.
Boehly qal li ma kinux xhur faċli għalih iżda hu qed jittama li t-tim ikollu aktar stabbilta’ fl-istaġun li ġej hekk kif mistennija akkwisti ġodda f’Lulju li ġej.