Friday, December 13, 2024

Toħroġ mill-ITU l-mara li sitt ijiem ilu ttajret fil-Marsa-Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Il-mara ta’ 34 sena residenti Santa Venera li sitt ijiem ilu ttajret minn karozza fil-Marsa-Ħamrun bypass qalbet għall-aħjar u ħarġet mill-ITU.

L-inċident kien seħħ it-Tlieta li għadda, għall-ħabta tad-9.00 p.m., xħin il-mara ntlaqtet minn Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara.

Il-vittma kienet ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji u kienet rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Ekonomija

Sport