Saturday, December 21, 2024

Toħroġ mill-ITU t-tfajla li ndarbet kawża ta’ nirien li ħakmu l-karozza

Aqra wkoll

It-tfajla li l-Ħadd li għadda ndarbet serjament wara li nirien ħakmu l-karozza li kienu fiha kawża ta’ xi ‘flares’, ħarġet mill-ITU u m’għadiex fl-periklu tal-mewt.

L-inċident kien seħħ il-Ħadd li għadda għall-ħabta tas-1.15p.m., f’Misraħ Karlu Diacono, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żabbar, tfajla ta’ 23 residenti Marsaskala u tifel ta’ 5 snin, sofrew ġrieħi kawża ta’ nirien li ħakmu l-karozza Honda Accord li kienu fiha kawża ta’ xi ‘flares’.

Ekonomija

Sport