Thursday, May 16, 2024

Toħroġ sejħa għall-Avukati u Periti sabiex joffru assistenza lil terzi affetwati mill-Kostruzzjoni

Aqra wkoll

Bħalissa se jkunu qed jintlaqgħu applikazzjonijiet mingħand Avukati u Periti bil-warrant biex joffru assistenza lil terzi affetwati minn xi żvilupp li jkun qiegħed iseħħ ħdejhom.

Dan qalitu l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA fi stqarrija, fejn spjegat li minn fost l-applikazzjonijiet sottomessi, l-Awtorità se tkun qiegħda tevalwa u tagħżel  Periti u Avukati li huma affidabbli, kapaċi jaħdmu f’tim, motivati u b’viżjoni ’l quddiem sabiex ikunu qegħdin jiffurmaw panel li joffri dan is-servizz.

Dan is-servizz huwa riżultat tat-twettiq ta’ inizjattiva li ħabbar immedjatament il-Gvern wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika Jean Paul Sofia. L-għan aħħari huwa li t-terzi jkollhom rappreżentazzjoni mingħajr ħlas huma u jiddefendu d-drittijiet tagħhom matul il-proċess marbut mal-kostruzzjoni.

Is-sejħa li se tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Marzu 2024, tista’ tkun aċċessata fuq: www.bca.org.mt

Sport