L-eks midfielder tal-Ingilterra, Tom Cleverley, irtira ta’ 33 sena minħabba injuries. Huwa lagħab 13-il darba mat-Three Lions, waqt li l-aħħar li lagħab kien ma’ Watford fiċ-Championship.
Huwa beda l-karriera tiegħu ma’ Manchester United u lagħab ukoll ma’ Leicester City, Wigan, Aston Villa u Everton.
Cleverley sofra korriment fl-għerq tal-achilles fil-bidu tal-istaġun 2022-23 qabel problema fil-koxxa fi Frar.
Huwa kien parti mit-team ta’ Manchester United li rebaħ il-Premier League fl-2012-13, l-iktar kampjonat riċenti tagħhom fl-aħħar staġun fir-responsabbilta’ ta’ Alex Ferguson.
Huwa għamel 79 dehra mal-United u kellu sensiela ta’ perjodi ta’ self lil hinn minn Old Trafford – inkluż f’Watford fl-2009-10 – qabel ingħaqad ma’ Everton b’mod permanenti fl-2015.