Saturday, December 21, 2024

Toni Kroos ma’ Liverpool?

Aqra wkoll

Liverpool qed jittamaw li jiffirmaw lil Toni Kroos mingħand Real Madrid fl-2022.

Il-player ta’ 31 sena jibqa’ parti integrali mit-team tal-Los Blancos taħt Carlo Ancelotti iżda issa daħal fl-aħħar sentejn tal-ftehim tiegħu mal-ġganti kapitali.

Wara li naqsu milli jiffirmaw sostitut għal Georginio Wijnaldum fis-sajf, Liverpool qed jiġu mxekkla biex is-sena d-dieħla jsaħħu l-gradi tagħhom f’nofs il-ground, b’Fabian Ruiz ta’ Napoli maħsub li jinsab fuq ir-radar tar-Reds.

Madankollu, Jurgen Klopp jinsab ħerqan li jiffirma lill-kompatrijott tiegħu Kroos, li wkoll kien marbut ma’ trasferiment mar-rivali tat-titlu Manchester City.

Klopp u Kroos diġà kellhom diversi konversazzjonijiet pożittivi, u r-Reds qed jippjanaw li jagħmlu ‘offerta attraenti’ biex ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja imur jilgħab f’Anfield.

Kroos irreġistra żewġ goals u żewġ assists minn 13-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u rebaħ erba’ edizzjonijiet taċ-Champions League, żewġ titli tal-La Liga u erba’ Tazzi tad-Dinja tal-Clubs matul is-seba’ snin tiegħu fil-Bernabeu.

Ekonomija

Sport