Ir-rata annwali tal-inflazzjoni f’Lulju li għadda naqset għal 4.7%. juri tnaqqis ta’ 0.7% fuq ix-xahar ta’ Ġnju. Ċfri pprublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), bbażati fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut, (RPI), juru li l-ikbar impatt fuq l-inflazzjoni annwali ġie mill-prezzijiet tal-ikel b’1.90%, l-aktar minħabba prezzijiet ogħlafis-suq tat-takeaways.
It-tieni u t-tielet l-ikbar impatt fuq l-inflazzjoni ġew innotati fl-Indiċi tal-Akkomodazzjoni b’żieda ta’ 0.70% u fl-Indiċi ta’ Prodotti u servizzi oħra b’żieda ta’ 0.55%. Dan minħabba żieda fil-prezzijiet għas-servizzi tal-manutenzjoni tad-djar u assigurazzjonijiet rispettivament.
Min-naħa l-oħra ġie rreġistrat tnaqqis fl-indiċi tal-ilbies u ż-żraben, l-iktar minħabba prezzijiet aktar baxxi tal-ħwejjeġ. L-NSO qalet ukoll li f’Lulju l-Indiċi tal-Akkomodazzjoni rreġistra l-ogħla rata annwali tal-inflazzjoni bi 8.9%.