F’Awwissu ta’ din is-sena ir-rata annwali tal-inflazzjoni kienet ta’ 4.0%, jiġifieri kien hemm tnaqqis ta’ 4.7% meta ikkumparat ma’ dak li kien irreġistrat ix-xahar ta’ qabel, dak ta’ Lulju.
Din l-informazzjoni ħarġet minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wera li r-rata tal-inflazzjoni kienet imkejla mill-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI).
Mill-istess statistika ħareġ li r-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Awwissu 2023 kienet 6.3%.
L-NSO qalet ukoll l-ogħla impatt pożittiv fir-rata annwali tal-inflazzjoni kien imkejjel fl-Indiċi tal-Ikel