Monday, October 14, 2024

Tonqos l-inflazzjoni f’Malta

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Mejju 2024, ir-rata tal-inflazzjoni f’Malta kienet ta’ 2.3%, 0.1 perċentwali inqas milli kienet fix-xahar ta’ qabel. Dan ifisser li l-inflazzjoni reġistrata f’pajjiżna baqgħet tonqos minn xahar għal xahar. L-inflazzjoni naqset ukoll meta kumparata mal-medja taż-Żona tal-Ewro (2.6%) u hija wkoll taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea (2.7%) skont ċifri tal-Eurostat.

L-inqas rati annwali ġew irreġistrati fil-Latvja (0.0%), fil-Finlandja (0.4%) u fl-Italja (0.8%). L-ogħla rati annwali ġew irreġistrati fir-Rumanija (5.8%), fil-Belġju (4.9%) u fil-Kroazja (4.3%). Meta mqabbel ma’ April, l-inflazzjoni annwali naqset fi ħdax-il Stat Membru, baqgħet stabbli fi tnejn u żdiedet f’erbatax.

F’Mejju, l-ogħla kontribuzzjoni għar-rata annwali tal-inflazzjoni taż-żona tal-euro ġiet mis-servizzi, segwiti minn ikel, alkoħol u tabakk u prodotti industrijali mhux tal-enerġija.

Sport