Tony Farrugia se jirrappreżenta lil Malta fil-‘Battle of the Beasts’, il-kompetizzjoni tal-Iktar Raġel b’saħħtu fid-Dinja li se ssir hawn f’Malta fit-2, it-3 u l-4 ta’ Ottubru.
Huwa se jkun qed jagħmel ħiltu kollha għal pajjiżu f’din il-battalja epika ta’ atleti minn madwar id-dinja kollha Bħal dejjem huwa se jiddedika dawn il-wirjiet ta’ saħħa lil diversi karitajiet Maltin.