Sunday, November 24, 2024

Tony Zahra kkonfermat President tal-MHRA

Aqra wkoll

Wara l-64 laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), il-membri tal-Kunsill li għadhom kif ġew eletti kkonfermaw mill-ġdid lil Tony Zahra bħala President tal-MHRA għat-tliet snin li ġejjin.

George Micallef u Kevin Decesare ġew eletti bħala Viċi Presidenti tal-MHRA u Vincent Degiorgio bħala Teżorier. Dawn li ġejjin ġew eletti bħala membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-ispettru wiesa’ tal-lukandi u r-ristoranti madwar Malta u Għawdex huma Norbert Grixti, Simon De Cesare, Alexandra Pisani, Andy Tanti, Ivan Borg Ferrando, Rosie Grech, Jankarl Farrugia, Neal Debono, Salvatore Piccione, Richard Cleland u Jason Degiorgio.

Fil-kummenti tiegħu, is-Sur Zahra rringrazzja lill-membri għall-fiduċja fit-tmexxija tiegħu u faħħar lill-Kunsill u lill-eżekuttiv tal-MHRA għax-xogħol tagħhom. 

B’reazzjoni għad-diskussjonijiet li seħħew fost il-Kunsill li għadu kif ġie elett, is-Sur Zahra sostna li l-prezzijiet tal-enerġija se jibqgħu fuq l-aġenda, dan hekk kif il-politika internazzjonali u l-kunflitti jibqgħu jaffettwaw ix-xenarju ekonomiku globali, flimkien mal-futur tal-Air Malta u kwistjonijiet relatati mal-konnettività; l-impjiegi, it-taħriġ u ż-żamma tal-istaff u kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà b’attenzjoni partikolari fuq l-ambjent u l-ġestjoni tal-iskart fost oħrajn.

Sport