Tony Zarb, eks Segretarju Ġenerali tal-GWU u llum Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti fi ħdan il-union ġie onorat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana bl-ogħla unur li l-Kunsill jagħti, dak ta’ Ġieħ il-Floriana, bħala Furjaniż għall-kontribut tiegħu fil-qasam trejdunjonistiku għal ħafna snin.
F’kumment li għamel ma’ Talk.mt, is-Sur Zarb qal li jinsab onorat li ngħata dan l-unur, xi ħaġa li hu qatt ma stenna. Huwa qal li għalkemm m’għadux joqgħod il-Floriana, xorta baqa’ jżomm din il-lokalità f’qalbu.
Huwa rringrazzja lis-Sindku Davina Sammut Hili u lill-Kunsilliera kollha ta’ dan l-unur li se jibqa’ jiftakar għal għomru. Temm jgħid meta ġie ppreżentat b’dan l-unur, ħass l-istess emozzjoni ta’ meta kien onorat b’Ġieħ ir-Repubblika.