Torino ffirmaw lil Dennis Praet mingħand Leicester City b’self b’għażla ta’ xiri.
Kienet negozju ta’ malajr bejn il-Foxes u Torino hekk kif Praet, ex stilla ta’ Sampdoria, huwa mistenni li jirritorna fis-Serie A.
Leicester City qablu li jbigħu lill-internazzjonali Belġjan b’self b’għażla li jixtruh għal €15-il miljun.
L-akkwist tal-player ta’ 27 sena jfisser li Sofyan Amrabat issa mhux se jingħaqad mal-Granata.
Il-midfielder ta’ Fiorentina kien għażla għal Torino hekk kif kien impressjona fl-ewwel staġun tiegħu fis-Serie A taħt Ivan Juric f’Hellas Verona fl-istaġun 2019-20.
Il-coach Kroat deher imdejjaq u ħeġġeġ lill-club biex jakkwista player ġdid wara t-telfa ta’ 2-2 li Torino sofrew kontra Fiorentina nhar is-Sibt.
Praet lagħab 106 logħba għal Sampdoria bejn l-2016 u l-2019 qabel ma mar jilgħab fil-King Power Stadium għal somma ta’ €19-il miljun.