Tork ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li dalgħodu għall-ħabta tat-7:45 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tat-Toyota Vitz li kien qed isuq u baqa’ dieħel fil-barrikati u arblu tad-dawl.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ