Sunday, November 24, 2024

Tork fil-periklu tal-mewt wara inċident fuq vapur

Aqra wkoll

Ħaddiem iddaħħal b’urġenza l-isptar wara li għall-ħabta tas-6:30 a.m kien involut f’inċident fuq vapur li kien jinsab fi triqtu ‘l barra mill-Port Ħieles, f’Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Tork ta’ 38 sena kien weġġa’ wara li nqabad ħabel ma saqajh waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li niżżlu lir-raġel l-art fejn ġie assistit minn tim mediku u ambulanza sakemm seta’ jittieħed għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin 

Sport