Raġel Tork ta’ 55 sena miet b’mewta naturali wara li kien qiegħed fuq dgħajsa flimkien ma’ persuni oħrajn ‘il barra mill-Imġarr Għawdex.
Jidher li r-raġel ingħata CPR fuq id-dgħajsa stess sakemm tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex mar l-Imġarr biex jassisti.
Sfortunatament ir-raġel ġie ddikjarat mejjet fuq il-post.
Kelliem għall-Pulizija filwaqt li kkonferma l-każ, qal lil dan is-sit li r-raġel miet b’mewt naturali. Dan is-sit jista’ jikkonferma li r-raġel tah attakk tal-qalb waqt li kien fuq id-dgħajsa.