F’numru ta’ lokalitajiet qed isir tindif kemm fuq ordni mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mid-dipartiment tal-Cleansing li qed jieħdu ħsieb saħħtna b’dawn ix-xogħlijiet.
Dawn ir-ritratti juru ħidma li twettqet fl-aħħar jiem fil-Marsa fejn madwar il-lokalità sar ħasil bi chlorine u ntużaw bawżers tal-ilma bħala inizjattiva kontra t-tixrid tal-covid-19.