Wednesday, October 9, 2024

Tosin Adarabioyo segwit minn Inter

Aqra wkoll

Inter qed iħarsu b’interess lejn il-progress tad-difensur ċentrali  ta’ Fulham, Tosin Adarabioyo,  fit-tentattiv li jakkwistaw is-servizzi tiegħu flok Milan Skriniar li se jitlaq lin-Nerazzurri fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Adarabioyo għandu 25 sena u wara li kiseb il-ħiliet meħtieġa fl-akkademja ta’ Manchester City, ingħaqad ma’ Fulham. Fil-fatt hu ilu magħhom sa mis-sena 2020 fejn skorja tliet gowls fi 93 partita. Hu mistenni jitlaq lit-tim fl-aħħar ta’ dan l-istaġun bil-belt ta’ Milan li mistennija tkun id-destinazzjoni l-ġdida tiegħu.

Sport