Sunday, December 22, 2024

“Totalment inaċċettabbli… din l-attitudni mhix se tkun tollerata taħt l-ebda ċirkostanza” – Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

B’rabta mal-każ li qed jiġi investigat mill-Pulizija fejn raġel allegatament tħalla fil-ġenb tat-triq wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk dan huwa tabilħaqq il-każ, dan huwa totalment inaċċettabbli.

Filwaqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-President tal-S&D tal-PE, Abela qal li jinsab infurmat li l-Pulizija diġà bdiet l-investigazzjoni dwar dan il-każ.

Abela qal li din l-attitudni mhix se tkun tollerata taħt l-ebda ċirkostanza. Żied jgħid li kull resident ġewwa pajjiżna se jirċievi l-protezzjoni tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż.

Qal li l-istituzzjonijiet qegħdin hemm biex jipproteġu lil kulħadd li jgħix f’pajjiżna rrispettivament mir-razza, twemmin jew ġeneru.

Ekonomija

Sport