Saturday, September 14, 2024

Tottenham Hotspur favoriti li jakkwistaw lid-difensur Stefan de Vrij

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur huma meqjusa bħala l-favoriti li jakkwistaw lid-difensur ta’ Inter, Stefan de Vrij.

Sakemm jibqa’ fit-tmexxija ta’ Spurs fit-tul, il-manager Antonio Conte mistenni jagħmel bidliet mifruxa fl-iskwadra tiegħu matul is-sajf.

F’Jannar, lil-club tal-Premier akkwista lil Rodrigo Bentancur u Dejan Kulusevski mingħand Juventus, u jidher li Conte se jirritorna fl-ogħla livell tal-Italja għal aktar akkwisti.

Spurs qed imexxu t-tellieqa biex jiffirmaw lil De Vrij, li hu meqjus bħala membru ewlieni tad-difiża ta’ Inter bi tlieta.

Il-player ta’ 30 sena għamel 114-il dehra fis-Serie A minn meta ngħaqad man-Nerazzurri mingħand Lazio fl-2018, u għen lil Inter jirbħu t-titlu matul l-istaġun 2020-21.

Madankollu, bil-kuntratt tal-internazzjonali Olandiż se jiskadi fl-2023, iċ-champions renjanti tas-Serie A jista’ jkollhom jikkunsidraw bejgħ fi tmiem l-istaġun.

Barcelona jistgħu jitqiesu bħala rivali għal De Vrij, b’Memphis Depay jsita’ jagħżel li jimxu fid-direzzjoni opposta.

Ekonomija

Sport