Tottenham Hotspur keċċew lill-coach Nuno Espirito Santo wara erba’ xhur biss fit-tmexxija.
It-telfa ta’ 3-0 kontra Manchester United ta’ nhar is-Sibt liggħadda kienet id-daqqa mortali għat-tamiet ta’ Nuno li jibqa’ fit-tmexxija.
Madankollu, qabel il-partita kontra r-Red Devils it-tkeċċija tiegħu ma kinetx ġiet diskussa formalment miċ-chairman Daniel Levy u l-bord tad-diretturi minkejja s-sensiela negattiva li kienu għaddejjin minnha.
Din it-telfa ġabet magħha rabja kbira mill-partitarji ta’ Spurs fejn il-club kien ippressat biex iħabbar it-tkeċċija tal-coach Portugiż.
Antonio Conte mistenni jkun is-suċċessur tiegħu.