Il-UEFA ddeċidiet li l-fatt li Tottenham Hotspur għażlu li ma jilagħbux il-partita tagħhom tal-Europa Conference League kontra Rennes aktar kmieni dan ix-xahar, fisser li huma tkeċċew mill-kompetizzjoni.
Spurs kellhom jiffaċċjaw lil Rennes fl-aħħar logħba tal-grupp tagħhom fid-9 ta’ Diċembru, iżda tifqigħa tal-coronavirus fl-iskwadra tagħhom ġiegħlet li l-logħba titħassar fi żmien qasir.