Tottenham Hotspur huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Inter, Arturo Vidal.
Il-player ta’ 34 sena kien regolari għaċ-champions Taljani matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 24 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.
Madankollu l-kuntratt ta’ Vidal f’San Siro għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u huwa maħsub li l-midfielder ta’ esperjenza jinsab ħerqan li jfittex club ġdid f’dan l-istadju tal-karriera tiegħu.
Il-manager ta’ Tottenham Antonio Conte huwa determinat li jġib liċ-Ċilen fit-Tramuntana ta’ Londra u se jkun appoġġjat mill-bord tal-club rigward dan.
Huwa mifhum li Spurs diġà għamlu kuntatt mar-rappreżentanti ta’ Vidal biex jirreġistraw interess fil-player mill-Amerika t’Isfel, għalkemm Inter għandhom l-għażla li jestendu l-kuntratt tiegħu għal 12-il xahar oħra.
Il-midfielder diġá lagħab taħt il-gwida ta’ Conte ma’ Juventus u Inter, filwaqt li Tottenham huma maħsuba li huma ammiraturi fit-tul tat-talenti tiegħu.