Friday, December 27, 2024

Tottenham Hotspur jibdew is-sena fuq nota negattiva

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Tottenham Hotspur ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League meta ospitaw lil Aston Villa u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima. 

B’din it-telfa, filwaqt li Spurs inqalgħu mill-ew­wel erba’ postijiet, qed tikber il-pressjoni fuq il-coach Antonio Conte li jista’ jitkeċċa mill-kariga hekk kif kien qed jitqies bħala tama ġdida li seta’ jwassal lill-club għall-ewwel rebħ tal-kampjonat mill-1961. 

Min-naħa tagħhom, b’din ir-rebħa Aston Villa komplew jinqatgħu ‘l fuq miż-żona tar-relegazzjoni. 

Huma fetħu l-iskor fil-50 minuta, meta l-goalkeeper Franċiż, Hugo Lloris, ma żammx ix-xutt ta’ Douglas Luiz biex Ollie Watkins approfitta u għadda mill-ewwel lil Emiliano Buendia li xeħet fix-xibka biex irreġistra l-ewwel goal tas-sena 2023 tal-Premier League. 

Imbagħad fit-73 minuta, il-Villans irdoppjaw meta John McGinn xeħet through pass lejn Douglas Luiz li rtokka l-ballun għal ġox-xib­ka.

Ekonomija

Sport