Wednesday, December 25, 2024

Tottenham Hotspur jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur Josko Gvardiol

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur ta’ RB Leipzig, Josko Gvardiol.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena kkonsolida postu bħala player regolari għat-team mill-Bundesliga minkejja l-età tiegħu, u skorja żewġ goals u pprovda tliet assists fi 33 partita fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

Huwa mifhum li l-progress mgħaġġel ta’ Gvardiol wassal għal interess rappurtat minn madwar l-Ewropa, iżda Leipzig ftit huma taħt pressjoni biex ibigħu lill-player internazzjonali Kroat, li ffirma kuntratt ta’ ħames snin fir-Red Bull Arena wara li ngħaqad magħhom mingħand Dinamo Zagreb is-sena li għaddiet.

Madankollu, Tottenham għadhom bi ħsiebhom li jagħmlu offerta għal Gvardiol dan is-sajf bħala parti mit-tibdil drastiku fid-difiża tagħhom, u Fabio Paratici identifika liż-żagħżugħ bħala l-aqwa mira difensiva.

Huwa mifhum li Gvardiol issa jinsab qabel Sven Botman u Pau Torres fil-lista tax-xewqat ta’ Spurs, iżda jista’ jkun suġġett ta’ somma ta’ £50 miljun wara staġun debuttanti mill-aqwa ma’ Leipzig.

Clubs mil-La Liga u mis-Serie A huma wkoll maħsuba li qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq Gvardiol, li diġà skorja goal wieħed minn disa’ dehriet mat-team nazzjonali tal-Kroazja.

Ekonomija

Sport